F'dan iċ-ċentru ta' għajnuna tista' ssib tweġibiet għall-aktar mistoqsijiet komuni dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva. Dan iċ-ċentru ta’ għajnuna jiffoka fuq tliet suġġetti ewlenin: Il-kontraċezzjoni, il-morning-after pills, u l-abort. Hemm aktar minn 200 artiklu u qegħdin nżidu u naġġornaw il-kontenut regolarment. Xi artikli huma tradotti għall-Malti. Jekk ma ssibx l-artiklu li għandek bżonn bil-Malti, aqleb għall-Ingliż.
Dan iċ-ċentru ta’ għajnuna fih informazzjoni li hija rilevanti għan-nies li jgħixu f’Malta jew Għawdex. Jekk ma tgħix hawn, l-informazzjoni tista' ma tkunx rilevanti għalik.
Jekk għandek bżonn aktar informazzjoni jew tixtieq tkellem lil xi ħadd li huwa favur l-għażla (pro-choice), il-voluntiera tagħna f'FPAS Malta jkunu jistgħu jgħinuk. Kellimhom online fuq www.fpas.mt jew ċempel +356 27780037.
Comments
0 comments
Please sign in to leave a comment.