Huwa possibbli li ċ-ċirku vaġinali (vaginal ring) joħroġ waqt is-sess, jew jekk ma kienx imdaħħal sa fuq.
Jekk iċ-ċirku ilu barra inqas minn 3 sigħat, laħalħu b'ilma sħun u erġa' daħħlu kemm jista' jkun malajr. F'dan il-kas tkun għadek protetta kontra t-tqala u m'għandekx bżonn tieħu prekawzjonijiet oħra.
Jekk iċ-ċirku ilu barra għal aktar minn 3 sigħat fl-ewwel jew it-tieni ġimgħa wara li għamiltu, laħalħu b'ilma sħun u erġa' daħħlu kemm jista' jkun malajr. Uża kondoms għas-7 ijiem li jmiss. Jekk kellek sess mhux protett fi kwalunkwe ħin matul is-7 ijiem ta' qabel ma waqa' ċ-ċirku, ikkunsidra tuża morning-after pill.
Jekk iċ-ċirku ilu barra għal aktar minn 3 sigħat fit-tielet ġimgħa, armih. Imbagħad jew daħħal ċirku ġdid mill-ewwel jew agħmel 7 ijiem mingħajr ċirku u mbagħad daħħal ċirku ġdid. Uża kondoms għas-7 ijiem li jmiss. Jekk kellek sess mhux protett fi kwalunkwe ħin matul is-7 ijiem ta' qabel ma waqa' ċ-ċirku, ikkunsidra li tuża morning-after pill.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.