Depo-Provera hija l-injection b'kontraċettiv l-aktar użata f’Malta. Fiha medroxyprogesterone u sservi għal tlettax-il ġimgħa. Wara tlettax-il ġimgħa tista' jew tieħu doża oħra jew tibdel għal metodu kontraċettiv ieħor.
Sayana Press hija forma aktar ġdida ta' Depo-Provera li tista' tiġi amministrata mill-mara fuqha nnifisha. Huwa wkoll disponibbli f'Malta.
Noriserat fiha noretisterone u sservi għal 8 ġimgħat. Mhix użata ħafna f’Malta.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.