Injection bil-kontraċettiv hija injection (labra) li jkun fiha tip ta' kontraċettiv li jaħdem fit-tul. Din tingħata bħala injection likwida fil-muskolu. Ħafna minn dawn l-injections jipproteġu kontra t-tqala għal tlettax-il ġimgħa. B'differenza għal kontraċettivi oħra li jaħdmu fit-tul, l-injection hija likwidu u għalhekk ma jkunx hemm bżonn iddaħħal oġġett solidu f'ġismek.
Depo-Provera u Sayana Press huma injections bil-kontraċettivi li huma disponibbli f’Malta li jdumu għal tlettax-il ġimgħa kull doża. Jiswew madwar 50 Ewro u ħafna ġinekoloġi jamministrawha fil-klinika privata tagħhom. Tista' tamministra Sayana Press fuqek innifsek id-dar, wara li juruk kif tużagħha.
Jekk trid dettalji ta' ġinekoloġi li jamministraw l-injections bil-kontraċettivi, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-FPAS.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.