F’Malta, kważi l-intrauterine devices kollha jsiru fi kliniċi privati tal-ġinekoloġija, bħal fl-Isptar St James, u normalment jitħallsu mill-but.
Il-Mirena tiswa madwar EUR 180. Jaydess tiswa madwar EUR 145. Il-coils tar-ram (copper IUDs) huma orħos u jiswew madwar EUR 80. Ftakar li dawn il-prezzijiet huma biss tal-apparat, u jkollok tħallas ukoll il-miżati tal-klinika u tat-tobba. Huwa normali li l-ispiża totali biex tagħmel IUD tal-ormoni (hormone IUD) tkun ta' madwar EUR 300, u li l-ispiża totali biex tagħmel IUD tar-ram tkun ta' madwar 180 Euro.
Jekk tbati minn periods qawwijin (meorrhagia jew dysmenorrhoea) tista’ tkun eliġibbli għal IUD bl-ormoni (hormone IUD) mis-servizz tas-saħħa nazzjonali, għalkemm probabilment xorta jkollok tħallas għall-IUD innifsu u mbagħad jdaħħluhulek b'xejn. Għandek tkellem lit-tabib tiegħek għal referenza għall-Isptar Mater Dei jekk taħseb li tista’ tkun eliġibbli. Jekk għandek bżonn l-IUD biss għall-kontraċezzjoni, dan normalment irid jsir privatament.
Jekk għandek bżonn IUD u ma tistax tħallas għalih, tista' tikkuntattja lill-Fondazzjoni Women for Women u tara jistgħux jgħinuk.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.