Fi kważi l-każijiet kollha, iva xorta tista' tuża l-mornig after pill. Morning after pills huma mediċini sikuri ħafna u jistgħu saħansitra jintużaw minn nisa li normalment ma jistgħux jużaw kontraċezzjoni ormonali għal raġunijiet ta’ saħħa.
M'hemm l-ebda kundizzjonijiet mediċi li jikkontraindikaw l-użu ta' morning after pills ibbażati fuq Levonorgestrel (Levonelle jew Escapelle).
Għal ellaOne, il-manifattur ma jirrakkomandax l-użu tiegħha meta jkun hemm allerġija għal xi wieħed mill-ingredjenti tal-mediċina, jew minn nisa li għandhom ażżma severa li teħtieġ sterojdi orali (bħal prednisolone), jew minn nisa li għandhom ċertu mard ereditarju rari (aktar informazzjoni tinstab fil-leaflet li tiġi mal-ellaOne).
Comments
0 comments
Article is closed for comments.