Iva, f'Malta tista' tixtri l-morning after pill mingħajr il-kunsens tal-ġenituri tiegħek jekk għalaqt is-sittax-il sena.
Il-liġi f’Malta tistabbilixxi età tal-kunsens sesswali ta' 16-il sena. Il-liġi tqis ukoll lil kull min għalaq is-sittax-il sena li jista’ jagħti l-kunsens għal kura medika, mingħajr ma jkollu bżonn il-kunsens tal-ġenituri jew tal-kustodju.
Aħna kkonfermajna wkoll mal-Awtorità tal-Mediċini li żgħażagħ ta’ 16 u 17-il sena għandhom ikunu jistgħu jistxru l-morning after pills daqs adulti.
Jekk, għal xi raġuni, ikollok diffikultà biex l-morning after pills, ikkuntattja lill-FPAS billi żżur www.fpas.mt u l-voluntiera tagħna jkunu jistgħu jiggwidawk.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.