It-teħid tal-morning after pill mhux magħruf li jikkawża problemi ta’ saħħa serji jew fit-tul. Madankollu, xi kultant il-morning after pill jista' jkollha effetti sekondarji li normalment jitilqu wara ftit.
Effetti sekondarji komuni jinkludu:
uġigħ ta' żaqq
uġigħ ta’ ras
period li jdum ma jiġi
period irregolari (spotting jew demm qawwi) qabel jew wara jkun imissek il-period
tħossok ma tiflaħx
għejja
Effetti sekondarji inqas komuni jinkludu:
sensittività tas-sider
sturdament
rimettar (fittex parir ta' spiżjar jekk tirremetti fi żmien sagħtejn minn meta tieħu Levonelle, jew tliet sigħat minn meta tieħu ellaOne, għax jista' jkollok bżonn tieħu doża oħra)
Comments
0 comments
Article is closed for comments.