Għalkemm l-Ingilterra għadha destinazzjoni popolari man-nisa f’Malta li għandhom bżonn jagħmlu abort fi klinika, l-Olanda hija wkoll għażla tajba ħafna minħabba l-liġijiet progressivi tagħha dwar l-abort li jippermettu abort sa 23 ġimgħa fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, u d-disponibbiltà ta’ titjiriet regolari minn Malta lejn l-Olanda.
Vantaġġ tal-Olanda fuq l-Ingilterra huwa li l-Olanda hija membru taż-Żona Schengen, li jfisser li għandek bżonn biss karta tal-identità Maltija jew permess ta’ residenza Maltija biex tivvjaġġa. Għar-Renju Unit, jista’ jkollok bżonn tirranġa viża jekk ma jkollokx passaport Malti.
Hawn taħt issib informazzjoni dwar xi kliniki fl-Olanda. Kollha huma aċċessibbli mill-ajruport ta' Amsterdam (AMS):
Vrelinghuis Utrecht
Stichting Abortuskliniek Amsterdam
Website: abortuskliniek-amsterdam.nl
Tel:+31 206932151
Trattament sa' 18 ġimgħa tqala
Bloemenhove in Heemstede
Website: www.bloemenhove.nl
Phone: +31 235289890
Trattament sa' 23 ġimgħa tqala
Comments
0 comments
Article is closed for comments.