Jekk għandek inqas minn 14-il ġimgħa tqila u l-abort isir permezz ta; aspirazzjoni sempliċi, il-proċedura tieħu madwar 5-10 minuti mill-bidu sat-tmiem u ġeneralment tkun imqajjma waqt il-proċedura. Imbagħad tkun immonitorjata f'żona ta' rkupru għal 30 sa 60 minuta qabel ma tintbgħat id-dar. B'mod ġenerali, tista' tistenna li tkun fil-klinika għal ftit sigħat.
Jekk it-tqala tiegħek hija aktar avvanzata u ikollok bżonn dilatazzjoni u evakwazzjoni (D&E), normalment ikollok tattendi l-klinika ġurnata qabel għal xi mediċini biex iħejju l-utru. Dakinhar tal-proċedura probabilment tingħata loppju ġenerali u mbagħad tqum fiż-żona ta' rkupru. Il-proċedura D&E nnifisha tieħu madwar 10-20 minuta. Imbagħad tkun immonitorjaat għal 1-2 sigħat oħra fiż-żona ta' rkupru qabel ma tintbgħat id-dar. F'każijiet rari tista' tintalab toqgħod sal-ġurnata li jmiss għall-osservazzjoni.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.