Is-servizzi għal "kriżi waqt it-tqala" ġeneralment jitmexxew minn gruppi kontra l-abort bil-għan li jwaqqfu n-nisa milli jagħmlu abort, u kien hemm rapporti ta’ nisa f'Malta li ġew intimidati wara li kkuntattjaw servizzi bħal dawn biex iwaqqfuhom milli jagħmlu abort. Dawn is-servizzi ta' kriżi tat-tqala ma jagħtux informazzjoni fattwali dwar l-abort, u ma jirreferukx lil fornituri tal-abort. Jistgħu saħansitra jirrappurtawk lill-pulizija. Fl-aħħar mill-aħħar hija d-deċiżjoni tiegħek jekk tixtieqx tagħmel użu minn dawn is-servizzi, iżda aħna ma nirrakkomandawhomx.
Is-servizzi għal kriżi waqt i-tqala mmexxija minn gruppi kontra l-abort jinkludu Life Line Malta li hija amministrata minn Life Network Foundation.
Jekk tixtieq tkellem lil xi ħadd biex tiddiskuti l-għażliet tiegħek dwar it-tqala, nirrakkomandaw li tikkuntattja servizz favur l-għażla bħall-Family Planning Advisory Service (FPAS).
Comments
0 comments
Article is closed for comments.