Tista', imma nħeġġuk tikkunsira pajjiżi oħrajn. Dan għaliex smajna minn nisa li ġew riferuti għal kliniki fi Sqallija ta’ kwalità dubjuża, ħallsu diversi eluf ta’ Ewro, u rċevew servizz subottimali u possibbilment mhux sigur. L-abort fl-Italja huwa permess biss fl-ewwel 90 jum (12-il ġimgħa u 6 ijiem) tat-tqala, li huwa strett meta mqabbel ma’ pajjiżi Ewropej oħra.
Ikun aħjar kieku tirranġa li tmur l-Ingilterra jew l-Olanda, speċjalment meta wieħed iqis li llum il-ġurnata ġeneralment ma jkunx hemm ħafna differenza fil-prezz bejn biljett tal-katamaran u biljett tal-ajru. L-Ingilterra u l-Olanda jippermettu l-abort sa 24 ġimgħa u 23 ġimgħa rispettivament, u jagħtuk aktar ħin u libertà biex tipprepara l-vjaġġ tiegħek. Il-prezzijiet għal abort fl-Ingilterra huma wkoll pjuttost raġonevoli, li jibdew minn madwar 800 Ewro għal tqala ta’ taħt l-14-il ġimgħa.
Għal appoġġ u għajnuna finanzjarja biex tirranġa l-vjaġġ tiegħek lejn klinika tal-abort barra l-pajjiż, nirrakkomandaw li tikkonsulta ma' Abortion Support Network.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.