Fi kważi l-każijiet kollha, xi forma ta' loppju jew kalmant jintuża waqt abort kirurġiku. It-tip ta' loppju użat jiddependi fuq kemm tkun avvanzata t-tqala, u l-preferenzi personali tiegħek. Hemm tliet għażliet ewlenin:
- Loppju lokali: Dan jista' jintuża għal aborti ta’ taħt l-14-il ġimgħa meta ssir aspirazzjoni. Tingħata injezzjoni ta’ loppju lokali ħdejn l-għonq tal-utru. Tista' wkoll tingħata pilloli kontra l-uġigħ. Tista' ssuq wara l-proċedura u ma jkollokx bżonn li xi ħadd ikun miegħek waqt li sejra lura d-dar jew lura lejn il-lukanda.
- Kalmant: Dan normalment jintuża għal aborti ta’ taħt il-15-il ġimgħa meta ssir aspirazzjoni bil-vakwu u l-mara tagħżel mediċina addizzjonali biex tnaqqas l-uġigħ u l-ansjetà waqt il-proċedura. Normalment jintuża flimkien ma' loppju lokali (ara hawn fuq). Venflon (kannula) titqiegħed f'vina ta' idejk u tingħata medikazzjoni sedattiva ġol-vina. M'għandekx bżonn issum qabel ma tieħu l-kalmant, iżda ma tkunx tista' ssuq wara l-proċedura, u jkollok bżonn xi ħadd li jakkumpanjak lura d-dar jew sal-lukanda u jibqa' miegħek mill-inqas sal-għada.
- Loppju ġenerali: Dan huwa l-aktar tip ta' loppju qawwi, u jekk jintuża tkun rieqda għall-proċedura kollha tal-abort. Kwalunkwe proċedura tal-abort tista' ssir taħt loppju ġenerali, iżda huwa obbligatorju biss f'aborti ta' aktar minn 15-il ġimgħa meta ssir dilatazzjoni u evakwazzjoni (D&E). Għal aborti fi tqala inqas avvanzati ikollok ukoll l-għażla ta' loppjulokali, b'kalmanti jew mingħajrhom, iżda xi nisa jagħżlu loppju ġenerali xorta biex jiżguraw li ma jesperjenzaw xejn u ma jiftakru xejn mill-proċedura nnifisha. Jekk ikollok loppjuġenerali ser ikollok bżonn issum qabel il-proċedura. Jekk ma ssumx kif suppost, l-abort tiegħek jiġi kkanċellat jew pospost. Qabel il-proċedura ikollok Venflon (kannula) imqiegħda f'vina ta' idejk biex tingħata il-mediċina tal-loppju. Imbagħad tqum fiż-żona ta' rkupru wara li ssir il-proċedura. Ma tistax issuq lura wara loppju ġenerali, u jkollok bżonn xi ħadd li jakkumpanjak lura d-dar jew sal-lukanda u jibqa' miegħek mill-inqas sal-għada.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.