Riskji sinifikanti, inevitabbli jew li jseħħu ta' spiss:
Dawn huma ġeneralment faċli biex jiġu kkurati u rari li ikollhom xi effetti fuq saħħtek fit-tul:
Prodotti miżmuma tal-konċepiment - fejn it-tqala tkun intemmet b'suċċess iżda ftit biċċiet tat-tqala jitħallew fil-ġuf (1 minn kull 800 proċeduri)
Infezzjoni (1 minn kull 2,500 proċeduri)
Demm qawwi wara l-abort
Uġigħ waqt il-proċedura
Ħsara lill-għonq tal-utru (1 minn kull 5,000 proċeduri)
Dawn jistgħu jeħtieġu trasferiment għal sptar jew proċeduri oħra, u jista' jkollhom effetti fuq saħħtek fit-tul:
Emorraġija – demm qawwi ħafna (1 minn kull 800 proċeduri)
Perforazzjoni tal-utru/ġuf (1 minn 2,500 proċeduri)
Ħsara fil-musrana jew il-bużżieqa tal-awrina (rari ħafna)
Proċeduri żejda li jistgħu jkunu meħtieġa jekk jinqalgħu kumplikazzjonijiet:
Repetizzjoni tal- l-abort kirurġiku jew l-aspirazzjoni tal-utru
Trasfużjoni tad-demm
Laparoskopija jew laparotomija - operazzjoni biex tħares ġewwa ż-żaqq u tara hemmx ħsara
Tiswija ta' ħsara lil-utru, il-bużżieqa tal-awrina, il-musrana jew il-vini tad-demm
Isterektomija - tneħħija kirurġika tal-ġuf (1 minn kull 5,000 proċedura)
Il-mewt hija rari ħafna – inqas minn 1 minn kull 100,000 tal-aborti kollha.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.