Il-fetiċidju huwa meħtieġ biss f'aborti ta' aktar minn 23 ġimgħa. Il-proċedura titwettaq fi kliniċi tal-abort, u ġeneralment issir f'każijiet ta' anomalija fatali tal-fetu.
Il-proċedura tinvolvi injezzjoni miż-żaqq tal-mara biex twaqqaf it-taħbit tal-qalb tal-fetu.
Labra rqiqa titqiegħed fil-fluwidu li jdawwar it-tqala jew f'qalb il-fetu, u tiġi injettata mediċina biex twaqqaf it-taħbit tal-qalb. Jista' jieħu diversi sigħat biex it-taħbit tal-qalb u l-movimenti tal-fetu jieqfu jekk l-injezzjoni saret fil-fluwidu madwar il-fetu.
Il-proċedura tieħu bejn 10 u 15-il minuta u ma teħtieġx loppju ġenerali.
Il-fetiċidju MHUX meħtieġ fi tqala ta’ taħt it-23 ġimgħa għax f’każijiet bħal dawn il-fetu għadu mhux żviluppat biżżejjed biex jgħix barra l-ġuf.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.