Riskji sinifikanti, inevitabbli jew li jseħħu ta' spiss:
Dawn huma ġeneralment faċli biex jiġu ttrattati u huwa rari li ikollhom xi effetti ħżiena fuq isaħħtek fit-tul:
Prodotti tal-konċepiment miżmuma - fejn it-tqala tkun intemmet b'suċċess iżda ftit biċċiet tat-tqala jitħallew fil-ġuf (kas 1 minn 600)
Infezzjoni (kas 1 minn kull 6,500)
Demm qawwi wara l-abort
Uġigħ waqt il-proċedura
Ħsara fl-għonq tal-utru (kas 1 minn 11,000)
Dawn jistgħu jeħtieġu trasferiment għal sptar jew proċeduri oħra, u jistgħu ikollhom effetti fit-tul fuq saħħtek:
It-tqala tkompli (kas 1 minn kull 1,500)
Jittaqqab l-utru/ġuf (kas 1 minn 6,500)
Emorraġija (kas 1 minn kull 8,000)
Ħsara lil-musrana, il-bużżieqa tal-awrina jew korriment serji fiċ-ċerviċi (rari ħafna)
Proċeduri żejda li jistgħu jkunu meħtieġa jekk ikollok kumplikazzjoni:
Repetizzjoni tal-abort kirurġiku
Trasfużjoni tad-demm
Laparoskopija jew laparotomija - operazzjoni biex tħares ġewwa ż-żaqq u tara hemmx ħsara
Tiswija ta' ħsara liċ-ċerviċi, l-utru, il-bużżieqa tal-awrina, il-musrana jew il-vini tad-demm
Isterektomija - tneħħija tal-ġuf (kas 1 minn kull 35,000)
Il-mewt hija rari ħafna – inqas minn 1 minn kull 100,000 tal-aborti kollha.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.