L-aspirazzjoni bil-vakwu hija metodu ta' abort kirurġiku li jsir fuq tqala sa 14-il ġimgħa (jew 15-il ġimgħa jekk jintuża sedattiv jew loppju ġenerali).
Waqt aspirazzjoni bil-vakwu jintuża tubu li jneħħi t-tqala u l-proċedura tieħu madwar 5-10 minuti mill-bidu sat-tmiem. Wara, jkollok bżonn tistrieħ f'żona ta' rkupru għal madwar 30-60 minuta.
Tkun mitluba timtedd fuq sufan tat-trattament b'sapport għal riġlejk. Nurse jew midwife tibqa’ miegħek biex tipprovdi appoġġ u timmonitorjak il-ħin kollu.
It-tabib jeżamina l-utru tiegħek (il-ġuf) u tiddaħħal speculum fil-vaġina tiegħek. It-tabib jinjetta loppju lokali ħdejn l-għonq tal-utru. It-tabib jiftaħ l-għonq tal-utru billi juża vireg irqaq imsejħa dilataturi (jekk ikun meħtieġ). Imbagħad tubu jiddaħħal fl-utru. Apparat tal-ġbid li jinżamm fl-idejn ibattal bil-mod l-utru tiegħek. Normalment tħoss brim, simili għal uġigħ tal-period, matul il-proċedura.
L-aspirazzjoni bil-vakwu tista' ssir b'loppju lokali biss, jew b 'kalmant ħafif, jew b'loppju ġenerali.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.