Għal tqala ta' inqas minn 14-il ġimgħa, abort isir b'loppju lokali u jinvolvi d-dħul ta' tubu żgħir fl-utru u l-aspirazzjoni tat-tqala. Din tissejjaħ aspirazzjoni bil-vakwu. Għal din il-proċedura normalment tkun fil-klinika għal ftit sigħat biss. Tista' tingħata kalmant ħafif jekk tħossok aġitata.
Lil hinn minn 14-il ġimgħa ikollok bżonn tattendi l-klinika l-ġurnata ta' qabel biex ituk xi mediċini, u dakinhar tal-proċedura l-għonq tal-utru jinfetaħ u t-tqala titneħħa bil-forceps, waqt li int tkun taħt loppju ġenerali (iraqqduk kollok). Din tissejjaħ dilatazzjoni u evakwazzjoni (D&E). Għal din il-proċedura normalment tkun fil-klinika għal ġurnata sħiħa. Tista' wkoll tintalab toqgħod matul il-lejl għall-osservazzjoni.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.