Wara li tieħu Mifepristone, normalment ma jiġri kważi xejn. Ħafna nisa ma jinnutaw xejn, xi wħud jistgħu jesperjenzaw dardir, u xi wħud jistgħu jaraw xi spotting. Ħafna nisa jistgħu jkomplu jaħdmu wara li jieħdu Mifepristone.
Wara li tieħu Misoprostol, jibda l-korriment u s-sintomi jistgħu jkunu qawwijin. Dawn jinkludu uġigħ ta' żaqq, brim, u demm, li huma tipikament iktar qawwijin minn ta' period. Is-sintomi normalment jonqsu ħafna wara madwar 5 sigħat. Painkillers bħal Ibuprofen jew Mefenamic acid jgħinu biex inaqqsu l-uġigħ. Li jkollok uġigħ u tara d-demm huma fihom infushom sinjali pożittivi u jfissru li l-abort miexi kif suppost. Li tara clots huwa wkoll normali, għalkemm huwa rari ħafna li tara embrijun iffurmat. Jekk ma jkunx hemm demm wara li tieħu Misoprostol, għandhom jittieħdu dożi addizzjonali.
Huwa normali li tara demm u tesperjenza brim sa tliet ġimgħat wara l-abort. Il-ġisem jieħu ż-żmien biex ineħħi t-tqala kollha.
Dawn li ġejjin mhumiex sintomi normali ta’ korriment, u għandek tfittex l-għajnuna jekk tesperjenza dawn:
- Demm qawwi (timla aktar minn 4 maxi pads f'sagħtejn)
- Uġigħ ta' żaqq sever li huwa kostanti u ma jirrispondix għal painkillers
- Deni
- Tnixxija vaġinali li tinten
Comments
0 comments
Article is closed for comments.