Jekk ksibt pilloli tal-abort minn sorsi oħra li mhux Women on Web jew Women Help Women, ikollok bżonn tieħu prekawzjonijiet żejda. Dan għaliex probabilment ma ngħatajtx informazzjoni sħiħa dwar kif tużahom u x'għandek tistenna, u probabbilment ma ġejtx mistoqsija dwar saħħtek biex tiżgura jekk il-pilloli humiex addattati għalik biex tużahom.
Identifika l-pilloli
L-ewwel ħaġa li għandek tagħmel huwa li tidentifika x'tip ta' pilloli għandek. Il-pilloli tal-abort l-aktar komuni huma Mifepristone u Misoprostol u dawn normalment jiġu fornuti f'pakkett kombinat (combipacks) bħal dawk murija hawn taħt.


Iċċekkja d-data ta’ skadenza
Jekk tuża mediċina skaduta, tista' ma taħdimx sew u t-tqala tista' tkompli. Iċċekkja jekk il-mediċina mogħtija lilek għandhiex data ta' skadenza. Jekk tista' tara biss d-data tal-manifattura, id-data ta' skadenza hija ġeneralment sentejn mill-manifattura.
Iċċekkja li tista' tuża pilloli tal-abort
Ħafna nisa jistgħu jużaw pilloli tal-abort id-dar, sakemm ikunu għadhom fl-ewwel 12-il ġimgħa tat-tqala. Madankollu, xi kundizzjonijiet mediċi jistgħu jagħmlu l-pilloli tal-abort riskjużi. Dawn jinkludu:
Allerġiji għal misoprostol jew mifepristone
Allerġiji għal prostaglandini
Insuffiċjenza adrenali kronika
Kundizzjonijiet li jxekklu d-demm milli jgħaqqas
Porfirja li tintiret
Kun af il-proċedura korretta
Huwa importanti li tuża l-pilloli tal-abort b'mod korrett. Il-proċedura tvarja skont jekk għandekx kemm Mifepristone kif ukoll Misoprostol, jew jekk għandekx Misoprostol biss. L-istruzzjonijiet dwar kif jintużaw il-pilloli tal-abort jinsabu f’din il-paġna: https://www.fpas.mt/abortion-with-pills
Comments
0 comments
Article is closed for comments.