Jekk għandek il-ħsieb li tagħmel abort bil-pilloli d-dar, jeħtieġ li jkollok dawn l-affarijiet essenzjali:
- Pilloli tal-abort: Il-kors rakkomandat għal abort bil-pilloli llum il-ġurnata huwa Mifepristone segwit minn Misoprostol. Jekk għandek Misoprostol biss, xorta tista' tagħmel abort iżda ser ikollok bżonn aktar pilloli ta' Misoprostol.
- Maxi pads: Id-demm jibda wara li tieħu Misoprostol u ġeneralment ikun iktar qawwi minn period. Ikollok bżonn provvista ta' maxi pads biex tiġbor id-demm u tkejjel l-ammont ta' demm li joħroġ. Jekk timla' aktar minn 2 maxi pads f'siegħa għal aktar minn sagħtejn probabilment tkun qed titlef wisq demm u għandek tfittex għajnuna medika.
- Telefon: Jew linja fissa funzjonali jew mowbajl iċċarġjat u bi kreditu. Fil-każ rari ta' kumplikazzjoni serja, ikollok bżonn issejjaħ għall-għajnuna.
Għandek tikkunsidra wkoll li jkollok dan li ġej:
- Xi ħadd li tafda: Idealment għandu jkollok persuna fdata miegħek waqt l-abort, speċjalment meta tuża t-tieni pillola tal-abort (Misoprostol). Fil-każ rari ta' kumplikazzjoni serja, il-persuna l-oħra tista' ċċempel għall-għajnuna jew tieħdok l-isptar.
- Painkillers: L-abort bil-pilloli mhuwiex proċess mingħajr uġigħ u ħafna nisa jesperjenzaw uġigħ qawwi. Analġeżiċi tal-klassi NSAID huma l-aktar effettivi biex itaffu dan l-uġigħ. Xi wħud minn dawn l-analġeżiċi huma disponibbli mingħajr riċetta tat-tabib, bħal Ibuprofen (Nurofen). Jekk għandek Ibuprofen, ikkunsidra li tieħu 400mg siegħa qabel tuża t-tieni pillola tal-abort (Misoprostol). Tista' tieħu aktar dożi ta' Ibuprofen aktar tard jekk hemm bżonn, iżda taqbiżx 1,200 mg f'24 siegħa.
- Pilloli kontra d-dardir: Id-dardir huwa komuni waqt abort b'pilloli u medikazzjoni kontra d-dardir tista' tgħin ittaffi s-sintomi. Ħafna minn dawn il-mediċini, bħal Domperidone (Motilium) u Metoclopramide jeħtieġu riċetta. Jekk għandek xi ftit id-dar, tista' tieħu pillola waħda siegħa qabel tuża t-tieni pillola tal-abort (Misoprostol).
Comments
0 comments
Article is closed for comments.