Kumplikazzjonijiet serji wara li użaw pilloli tal-abort fl-ewwel 12-il ġimgħa tat-tqala mhumiex komuni, iżda xorta jistgħu jseħħu. Huwa rakkomandat li jkollok lil xi ħadd li tafda miegħek meta tuża pilloli tal-abort, partikolarment wara li tuża Misoprostol (it-tieni pillola tal-abort).
Madanakollu, nafu li ħafna nisa f’Malta jużaw il-pilloli tal-abort waħedhom minħabba l-istigma u l-istatus illegali tal-abort. Żomm il-mobajl iċċarġjat f'każ li jkollok bżonn iċċempel għall-għajnuna, u tikkonsmax alkoħol jew sustanzi li jistgħu iħeddluk.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.