Women on Web u Women Help Women jitolbu donazzjonijiet biex ikopru l-ispiża tal-pilloli u l-posta. L-eħfef mod kif tħallas din id-donazzjoni huwa b’debit card jew credit card jew tat-tip VISA jew Mastercard. Il-biċċa l-kbira tal-banek f'Malta joħorġu debit cards VISA b’xejn illum il-ġurnata. Jekk m'għandekx waħda, ikkuntattja lill-bank tiegħek biex tara jekk jistgħux joħorġulek waħda malajr.
Il-card m'għandhiex għalfejn tkun f'ismek. Tista' titlob lil persuna li tafda biex tħallas id-donazzjoni tiegħek bil-kard tagħha. Il-VISA jew il-Mastercard m'għandhomx għalfejn jinħarġu f'Malta; tista' tuża cards minn barra wkoll.
Jekk għandek aċċess għal servizzi bankarji onlajn, tista' tagħmel trasferiment tal-flus lil Women on Web jew Women Help Women. Staqsihom għad-dettalji bankarji tagħhom u b'hekk tkun tista' tagħmel transfer fl-account tagħhom.
Fl-aħħarnett, jekk m'għandekx la VISA jew Mastercard, ma tistax tapplika għal waħda, ma tistax issib lil xi ħadd biex tħallas f'ismek, u m'għandekx internet banking, ikkuntattja lil Women on Web u Women Help Women bl-email u spjega is-sitwazzjoni tiegħek. Jistgħu xorta jkunu jistgħu jgħinuk.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.