L-abort huwa illegali f’Malta iżda l-prosekuzzjonijiet huma rari. L-ebda mara ma ġiet akkużata li għamlet abort f’dawn l-aħħar ħames snin u l-ebda mara ma marret il-ħabs talli għamlet abort fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena. Dan minkejja li Women on Web waħedhom qed ibgħatu aktar minn 200 pakkett ta’ pilloli tal-abort lin-nisa f’Malta kull sena. Allura, iva, hemm riskju ta' problemi legali iżda dan ir-riskju jidher li huwa żgħir.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.