Il-biċċa l-kbira tan-nisa jħossu uġigħ waqt abort b'pilloli hekk kif l-utru jingħafas biex ineħħi t-tqala. Dawn il-tagħfisiet jinħassu bħala bugħawwieġ; jiġifieri: uġigħ li jiġi u jmur.
L-uġigħ normalment jonqos wara ftit sigħat wara l-ewwel doża ta' Misoprostol. Tista' tuża analġeżiċi (painkillers) biex tnaqqas l-uġigħ waqt abort bil-pilloli. Painkillers ma jinterferixxux mal-proċess tal-abort.
Analġiċi tal-klassi NSAID huma effettivi biex itaffu l-uġigħ waqt abort bil-pilloli. Ibuprofen (Nurofen) huwa analġeżiku NSAID u huwa disponibbli mingħajr riċetta tat-tabib. Alfoxan huwa analġeżiku ieħor NSAID u huwa saħansitra aktar effettiv minn Ibuprofen iżda jeħtieġ riċetta tat-tabib.
Il-paracetamol (Panadol) jista’ jintuża wkoll, iżda huwa inqas effettiv waħdu mill-NSAIDs biex itaffi l-uġigħ waqt abort bil-pilloli. Jista', pero', jintuża flimkien ma' NSAIDs biex jagħmilhom aktar effettivi. Pereżempju, tista' tieħu Ibuprofen u Paracetamol flimkien.
Oqgħod attenta jekk tuża opjojdi (eż.: Codeine jew Tramadol). Dawn huma analġeżiċi effettivi u b'saħħithom iżda jistgħu iħeddluk, u jistgħu jxekkluk jekk ikollok bżonn tfittex l-għajnuna.
L-ewwel doża ta' analġeżiċi għandha tittieħed madwar siegħa qabel l-ewwel doża ta' Misoprostol. L-analġiċi għandhom imbagħad jittieħdu f'intervalli regolari sakemm id-demm u l-uġigħ itaffu, kif tagħmel kieku qed tesperjenza period qawwi.
Mhux rakkomandat li tuża Buscopan waqt abort b'pilloli minħabba li dan jista' jinterferixxi mal-kontrazzjonijiet tal-utru.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.