Kemm Mifepristone kif ukoll Misoprostol jgħaddu fil-ħalib tas-sider iżda l-ammonti huma żgħar u m'għandhomx jikkawżaw effetti negattivi fit-trabi li jreddgħu. It-treddigħ jista' jkompli mingħajr interruzzjoni wara Mifepristone u Misoprostol. Tista' wkoll tkompli tredda' jekk tuża l-painkillers Ibuprofen jew Paracetamol. Waqqaf it-treddigħ jekk tieħu Codeine - oħroġ u armi l-ħalib waqt l-użu ta' Codeine u għal darb'oħra wara l-aħħar doża.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.