Il-demm wara Misoprostol (it-tieni pillola tal-abort) ġeneralment tkun iktar qaawi minn period, u jkun akkumpanjat minn clots. L-aktar demm qawwi tipikament ikun 2-5 sigħat wara l-użu ta' Misoprostol u ġeneralment jonqos fi żmien 24 siegħa. Xi nisa jistgħu jgħaddu l-clots diversi jiem jew saħansitra ġimgħat wara. Dan huwa komuni u mhux perikoluż.
Il-demm ikun meqjus bħala qawwi wisq jekk timla' aktar minn żewġ maxi pads fis-siegħa għal sagħtejn jew aktar, jew jekk tgħaddi clots akbar minn larinġa. F'dawn il-każijiet għandek tfittex l-għajnuna medika.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.