Meta tuża pilloli tal-abort, ir-riskju li jkollok bżonn assistenza medika jiżdied aktar ma tkun avvanzata t-tqala. Minħabba dan, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ħarġet gwida li tgħid li l-pilloli tal-abort jistgħu jintużaw b’mod sigur id-dar sa 12-il ġimgħa ta’ tqala. Fi tqala aktar avvanzata l-pilloli tal-abort xorta jtemmu t-tqala, iżda għandhom jintużaw taħt superviżjoni fi klinika jew sptar.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.