L-abort mediku jikkawża uġigħ fiż-żaqq li jvarja f'severita' minn moderat għal qawwi ħafna matul u wara l-proċedura. Il-brim huwa ġeneralment qawwi għal madwar 4-8 sigħat wara Misoprostol. Brim ħafif jista' jkompli għal diversi jiem u saħansitra sa ġimgħatejn. Ibuprofen u painkillers oħra jgħinu biex inaqqsu l-uġigħ.
Dardir u rimettar huma komuni persuni tqal, iżda jistgħu jiżdiedu bl-użu ta' Misoprostol. Deni ħafif ta’ taħt it-38 °C, tkexkix ta’ bard, dardir, rimettar, dijarea, uġigħ ta’ ras u sintomi bħal dawk ta’ l-influwenza huma kollha side effects komuni ta’ Misoprostol. Dawn normalment iseħħu fl-ewwel siegħa wara li jittieħed Misoprostol, u għandhom imorru kompletament fi żmien 6 sigħat mill-użu ta' Misoprostol.
Jekk waqt jew wara l-abort ikollok uġigħ ta' żaqq qawwi ħafna li ma jmurx wara ftit, jew ikollok deni li jdum aktar minn 24 siegħa wara li tuża Misoprostol, għandek tara tabib.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.