Jekk tirremetti fl-ewwel 90 minuta wara li tibla' l-Mifepristone, dan jista' jkun inqas effettiv. Madankollu, xorta tista' tkompli bl-abort u tieħu Misoprostol l-għada.
Jekk tirremetti 90 minuta jew aktar wara li tibla' Mifepristone, allura dan diġà ġie assorbit u m'għandekx għalfejn tinkwieta.
Peress li Misoprostol jinżamm taħt l-ilsien għal 30 minuta u m'għandekx għalfejn tibilgħu, ir-rimettar huwa inqas ta' problema għax tista' tlaħlaħ il-pilloli u poġġihom lura taħt ilsienek. Madankollu, jekk tirremetti matul dawk it-30 minuta u ma tistax issib l-pilloli, għandek tieħu doża oħra ta' Misoprostol. Misoprostol jista' jitqiegħed ukoll ġol vaġina.
Id-dardir huwa komuni ħafna matul il-proċess ta'cabort mediku. Tista' tieħu mediċini bħal Motilium biex ittaffih.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.