Iva, il-pilloli tal-abort jistgħu jintużaw id-dar jekk it-tqala ma tkunx ta' aktar minn 12-il ġimgħa, skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.
Ir-riskji ta’ abort mediku huma l-istess bħal dawk ta’ korriment. Madwar 15% tat-tqaliet kollha jispiċċaw f'korriment, li ħafna minnhom ma jseħħux fi sptar. Ħafna nisa jistgħu jieħdu ħsieb lilhom infushom meta jkorru fi stadju bikri tat-tqala, u jfittxu attenzjoni medika biss f'każ ta' problemi, bħal demm qawwi u fit-tul jew infezzjoni. Abort mediku jixbaħ korriment, u jista' jsir id-dar fl-ewwel 12-il ġimgħa tat-tqala. Inqas minn 5% tan-nisa li jużaw il-pilloli tal-abort fl-ewwel 12-il ġimgħa tat-tqala ikollhom bżonn attenzjoni medika.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.