Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet le, diment li tkun taf kemm hi avvanzata t-tqala tiegħek u ma tkunx f'risju ogħla min-normal ta' tqala ektopika.
Huwa importanti li tkun taf bejn wieħed u ieħor kemm hi avvanzata t-tqala tiegħek jekk se tagħmel abort, għaliex stadji differenti tat-tqala jeħtieġu metodi differenti ta' abort. Pereżempju, il-pilloli tal-abort jistgħu jintużaw id-dar biss fl-ewwel 12-il ġimgħa tat-tqala. Nisa li għandhom ċikli mestrwali regolari ta’ madwar 28 jum jistgħu jikkalkulaw bejn wieħed u ieħr kemm ilhom tqal billi jgħoddu l-ġranet u l-ġimgħat mill-ewwel jum tal-aħħar period tagħhom.
Nisa b'ċikli irregolari, jew nisa li joħorġu tqal fuq kontraċettivi bl-ormoni, ma jistgħux joqogħdu fuq dan il-metodu biex jistmaw kemm ilhom tqal. Dawn in-nisa għandhom jikkunsidraw li jkollhom ultrasound, għaliex ultrasound jiddetermina b'mod preċiż kemm hi avvanzata t-tqala.
Is-sitwazzjoni l-oħra meta ultrasound jista' jkun utli qabel abort hija biex tiġi eskluża tqala ektopika f'nisa li huma f'riskju kbir ta' waħda. Fi tqala ektopika, il-bajda fertilizzata timpjanta barra l-utru, ġeneralment fit-tubi fallopjani. Xi sitwazzjonijiet, bħal meta toħroġ tqila b'IUD jew jekk kellek tqala ektopika fil-passat, iżidu r-riskju ta' tqala ektopika. Nisa b’riskju akbar ta’ tqala ektopika għandu jkollhom ultrasound biex jeskludu tqala ektopika qabel ma jagħmlu abort. Dan għaliex il-pilloli tal-abort ma jtemmux tqala ektopika u tkun f'riskju ta' kumplikazzjonijiet serji.
Jekk trid tagħmel ultrasound imma ma tridx tara l-ġinekologu tas-soltu tiegħek, u tixtieq li nirrakkomandawlek ġinekologu, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-FPAS u l-voluntiera tagħna jgħinuk.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.