Mifepristone normalment ma jibdiex il-korriment qabel ma tieħu Misoprostol, għalkemm xi nisa jistgħu jesperjenzaw spotting jew dardir wara li jieħdu Mifepristone.
Wara li tuża Misoprostol, jibda l-korriment u għandek tistenna li tara d-demm u jkollok xi uġigħ. Id-demm normalment jibda fi żmien tliet sigħat minn meta tieħu l-Misoprostol, iżda jista’ jibda aktar tard.
Id-demm u l-uġigħ normalment jiżdiedu fl-ewwel ftit sigħat. Il-dmijja ħafna drabi jkun aktar minn period normali, u huwa normali li tara clots u biċċiet tal-laħam. Tista' tara wkoll il-borża tat-tqala, li tkun bajda u fluffy b'demm kannella jew aħmar madwarha. Iktar ma tkun żviluppata t-tqala, iktar ikunu qawwijin id-demm u l-uġigħ.
Id-demm ikun qawwi bejn sagħtejn u ħames sigħat wara li tuża Misoprostol u ġeneralment jonqos fi żmien 24 siegħa. L-aktar brim u uġigħ qawwi ġeneralment idum għal 3-5 sigħat, imbagħad ibatti. Xi nisa jaraw ħafna demm sa 48 siegħa u jistgħu jibqgħu jgħaddu l-clots jiem jew saħansitra ġimgħat wara li jieħdu Misoprostol.
Jekk waqt l-abort timla' aktar minn żewġ maxi pads fis-siegħa għal sagħtejn jew aktar, jew tgħaddi biċċiet akbar minn larinġa, għandek tfittex l-għajnuna mill-isptar.
Huwa normali li tibqa tara xi naqa demm sa tliet ġimgħat wara l-abort. Il-period mestrwali tiegħek normalment jerġa' lura wara erba' sa sitt ġimgħat.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.