Hemm ċans li tibqa' tara xi demm ħafif sa tliet ġimgħat wara l-abort, iżda f'ħafna nisa jieqaf qabel dan.
L-aktar demm qawwi tipikament isseħħ 2-5 sigħat wara li tuża Misoprostol (it-tieni pillola tal-abort) u ġeneralment jonqos fi żmien 24 siegħa. Id-demm u l-brim normalment jonqsu wara li toħroġ il-borża tat-tqala, li ġeneralment tibdher qisha borża bajda u fluffy mdawra b'demm kannella u aħmar. Ħafna nisa jgħaddu l-borża tat-tqala fi żmien 4 sigħat minn meta jieħdu Misoprostol. Tista' tuża ibuprofen għall-uġigħ waqt l-abort.
Jekk titlef wisq demm, pereżempju timla aktar minn żewġ maxi pads fis-siegħa għal aktar minn sagħtejn, għandek tmur għal check-up l-isptar.
Huwa normali li d-demm jonqos jew jieqaf għal ftit jiem u mbagħad jerġa jibda. Xi nisa jibqa' jkollhom brim u jibqgħu jaraw xi ftit demm għal madwar tliet ġimgħat wara l-abort.
Il-period mestrwali tiegħek normalment jerġa' jiġi lura wara erba' sa sitt ġimgħat, madankollu tista' terġa' toħroġ tqila kważi immedjatament wara abort, għalhekk għandek tibda l-kontraċezzjoni mill-ewwel wara l-abort.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.