Għalkemm il-period jista' ma jiġix għal bosta ġimgħat wara l-abort, tista' terġa' toħroġ tqila mill-ewwel wara l-abort, anke jekk tkun għadek qed tara d-demm. Dan għaliex l-ovulazzjoni tista' terġa sseħħ fi kwalunkwe ħin wara l-abort. Jekk trid tevita li toħroġ tqila, għandek tibda tuża kontraċettivi immedjatament wara l-abort.
Tista' tuża kondoms u metodi kontraċettivi oħra minnufih wara abort. IUD jista' jiddaħħal f hekk kif l-abort ikun komplut, ġeneralment bejn 4 u 14-il jum wara li tkun ħadt Misoprostol, anki jekk tkun għadek tara xi ftit demm ħafif. Tista' wkoll tistenna sal-period li jmiss biex iddaħħal l-IUD , iżda sadanittant ikollok bżonn tuża kontraċettiv ieħor jekk ma tridx tirriskja li toħroġ tqila.
Tista' tibda ħafna mill-metodi ta' kontraċezzjoni ormonali (bħal pilloli kontraċettivi, iċ-ċirku vaġinali, l-injection, u l-implant) immedjatament wara abort bil-pilloli. Jekk tibda l-pilloli kontraċettivi aktar tard minn 3 ijiem wara li tuża Misoprostol, huwa rakkomandat li tuża kondoms matul l-ewwel 9 ijiem, biex tagħti ċans il-pill tibda taħdem.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.