Għal ħafna nies, l-uġigħ waqt abort bil-pilloli ikun qawwi, u ġeneralment jiġi esperjenzat bħala bugħawwieġ taħt iż-żaqq fejn hemm l-utru. Huwa diffiċli tkun taf kemm se jkun qawwi l-uġigħ minn qabel. Għal ħafna nisa l-uġigħ jinħass bħal dak ta' period, iżda aktar qawwi. Bħala prekawzjoni, għandek tieħu mediċini kontra l-uġigħ ma' ftit ikel madwar siegħa qabel il-Misoprostol. Tista' tieħu doża oħra ta' dawn il-mediċini kontra l-uġigħ erba' sa sitt sigħat wara l-ewwel waħda.
Mediċini tal-klassi non-steroidal anti-inflammatories (NSAIDs) bħal Ibuprofen, Diclofenac jew Mefenamic acid (Ponstan) huma l-aktar effettivi biex inaqqsu l-uġigħ waqt abort. Xi wħud minnhom bħal Ibuprofen, m'għandhomx bżonn riċetta tat-tabib. Jekk ma tistax tikseb dawn, jista' jintuża Paracetamol (Panadol) iżda dan jista' ma jkunx effettiv daqs l-NSAIDs. Jekk jogħġbok aqra bir-reqqa l-istruzzjonijiet fil-pakkett tal-mediċina biex tkun taf id-dożi massimi li tista' tieħu.
Tużax anti-spasmodics bħal Buscopan (Hyoscine). Minħabba li Misoprostol iġiegħel l-utru jingħafas biex inaddaf it-tqala, anti-spasmodics jistgħu jinterferixxu mal-proċess tal-abort billi jirrilassaw l-utru.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.