Jekk, għal xi raġuni jew oħra, tieħu l-Mifepristone u mbagħad ma tieħux il-Misoprostol, jista' jkollok wieħed minn tliet riżultati:
- Tista' tkorri xorta waħda, mingħajr ma qatt tieħu Misoprostol.
- Jista' jkun li l-embrijun imut imma t-tqala tibqa' ġo l-utru. Dan irid jiġi ttrattat bi proċedura fl-isptar, jew bl-użu ta' Misoprostol.
- It-tqala tiegħek tista' tkompli. Jekk tiddeċiedi li trid iżżomm it-tqala, kun af li Mifepristone mhuwiex assoċjat ma' malformazzjonijiet fil-fetu, iżda jista' jżid ir-riskju ta' korriment aktar tard fit-tqala.
Huwa importanti li tirranġa li jkollok ultrasound biex tiċċekkja jekk it-tqala komplietx.
Tibbukjax ultrasounds ma' nies jew organizzazzjonijiet li huma "pro-life" jew li jippretendu li joffru xi trattament li jreġġa' lura l-effetti ta' Mifepristone. M'hemm l-ebda trattament li jista' jreġġa' lura l-effetti ta' Mifepristone, u dawn in-nies jistgħu jirrappurtak lill-pulizija talli użajt Mifepristone.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.