Iva, tista' tiekol u tixrob waqt abort bil-pilloli. Madankollu, peress li xi nisa jesperjenzaw dardir u uġiegħ fiz-zaqq qawwi wara li jużaw il-pilloli tal-abort, speċjalment wara li jużaw Misoprostol, għandek tevita ikel tqil. Xi nisa jesperjenzaw ukoll rimettar waqt abort bil-pilloli. Tista' tuża mediċini bħal Metoclopramide jew Domperidone biex tnaqqas id-dardir.
M'għandekx tixrob l-alkoħol jew tuża drogi waqt jew wara li tuża pilloli tal-abort, peress li dawn jistgħu jaffettwa l-ġudizzju tiegħek u jistgħu ixekkluk milli tfittex għajnuna medika jekk ikollok bżonnha.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.