Kemm Women on Web kif ukoll Women Help Women jibagħtu l-biċċa l-kbira tal-pakketti tagħhom minn ġewwa l-Unjoni Ewropea u għalhekk il-pakketti tagħhom ma jeħtiġux approvazzjoni mid-dwana.
Mifepristone u Misoprostol mhumiex sustanzi illegali. Huma mediċini li għandhom użi mediċi oħra apparti l-abort. Mifepristone jintuża biex jikkura ċerti tipi ta' kanċer u Misoprostol jintuża biex jipprevjeni u jikkura ulċeri fl-istonku.
Mijiet ta’ pakketti ta’ pilloli tal-abort jintbagħtu lejn Malta kull sena mingħajr ebda probkema, u m’aħna konxji ta’ xi ħadd li qed jiġi mħarrek għal dan. Jekk, għal xi raġuni, il-pakkett tiegħek jinżamm minn xi awtorità, tista' tikkuntattja l-organizzazzjoni li ordnajt il-pilloli mingħandha u titlob pakkett ieħor.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.