L-abort huwa illegali f’Malta u għalhekk il-pilloli tal-abort ma jistgħux jinxtraw mill-ispizeriji, lanqas b’riċetta ta' tabib. Mifepristone mhux liċenzjat f'Malta u Misoprostol huwa disponibbli biss mill-ispiżerija tal-isptar.
L-aktar mod komuni kif in-nisa f’Malta jiksbu pilloli tal-abort huwa permezz tal-internet. Hemm żewġ servizzi tal-abort onlajn li huma magħrufa li huma ta’ fama tajba, u li jipprovdu pilloli awtentiċi tal-abort. Dawn huma:
Women on Web: www.womenonweb.org
Women Help Women: www.womenhelp.org
Għandek tevita kwalunkwe fornitur ieħor ta' pilloli tal-abort fuq l-internet jew fuq Facebook. Dawn normalment jitolbu somom kbar ta’ flus u l-pilloli li jipprovdu jistgħu ikunu ta' kwalita' baxxa.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.