Meta Mifepristone u Misoprostol jintużaw flimkien, dawn huma aktar minn 99% effettivi biex waqqfu t-tqala, filwaqt li Misoprostol waħdu għandu rata ta' suċċess ta' 92-98%.
Ħafna nisa jkunu jafu li l-abort kien ta’ suċċess għax jaraw demm u ċapep laħam ħerġin mill-vaġina, u s-sintomi tat-tqala bħad-dardir u t-toqol tas-sider jisparixxu wara ftit jiem.
Is-suċċess ta' abort bil-pilloli jista' jiġi kkonfermat billi jittieħed test tat-tqala ġimgħatejn wara Misoprostol. Jekk ikun negattiv, allura l-abort kien suċċess. Jekk jibqa' pożittiv, għandek tieħu test ieħor ġimgħa wara, li jkun tliet ġimgħat minn meta ħadt Misoprostol. Sa dakinhar għandu jkun negattiv. Jekk ikun għadu pożittiv l-abort seta’ ma rnexxiex u f'dan il-kas għandek tirranġa għal ultrasound biex tara x'inhu jiġri. Jekk it-tqala tkun kompliet, ikollok bżonn tieħu kors ieħor ta’ pilloli tal-abort (jekk tkun għadek taħt it-12-il ġimgħa), jew tagħżel abort kirurġiku fi klinika barra minn Malta.
Tista' wkoll tikkonferma li l-abort kien suċċess billi tagħmel ultrasound ma' ġinekologu madwar għaxart ijiem wara Misoprostol. M'hemmx għalfejn tgħidilhom li ħadt pilloli tal-abort; tista' sempliċement tgħid li taħseb li jista' kellek korriment u trid tara jekk it-tqala għadiex hemm. Għandek tevita li tagħmel ultrasound malajr wisq wara li tieħu pilloli tal-abort għax l-utru jieħu mill-inqas sebat ijiem biex jitbattal.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.