L-abort mediku jifferi għal proċeduri li jtemmu tqala bl-użu ta' mediċini, ġeneralment meħuda fil-forma ta' pilloli. Dawn il-mediċini jikkawżaw korriment billi jwaqqfu t-tqala milli tiżviluppa u jikkaġunaw l-utru jingħafas u jeħles mit-tqala.
Wara li tittieħed medikazzjoni abortiva, il-ġisem ineħħi t-tqala bl-istess mod li jagħmel waqt korriment naturali. L-utru jingħafas, li jinħass mill-mara bħala bugħawwieġ qawwi, u d-demm u t-tqala joħorġu mill-vaġina.
Hemm numru ta’ mediċini li jistgħu jtemmu tqala, iżda t-tnejn li huma l-aktar użati huma Mifepristone u Misoprostol.
Mifepristone huwa mediċina li timblokka l-ormon tat-tqala proġesteron u jibda l-proċess tal-abort. Jikkawża wkoll l-għonq tal-utru jirtab biex b'hekk ikun iktar faċli għat-tqala biex toħroġ 'il barra.
Misoprostol huwa mediċina tal-klassi prostaglandin. Normalment jittieħed 24 siegħa wara Mifepristone. Wara li jittieħed Misoprostol il-korriment normalment jibda fi żmien 3 sigħat. Jekk le, tista' tittieħed doża oħra ta' Misoprostol.
Skont il-gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, il-pilloli tal-abort jistgħu jintużaw id-dar fl-ewwel 12-il ġimgħa tat-tqala, sakemm ikun hemm aċċess għal faċilitajiet mediki (bħal sptar) f'każ li jkun hemm xi kumplikazzjonijiet.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.