Abort bil-pilloli għadu possibbli f'dan l-istadju tat-tqala. Tista' wkoll tivvjaġġa għal abort kirurġiku barra minn Malta.
Il-pilloli tal-abort (Mifepristone u Misoprostol) jistgħu jintużaw mingħajr periklu d-dar sa 12-il ġimgħa tqala, sakemm ikollok struzzjonijiet ċari dwar kif tużahom, u sakemm tista’ tfittex għajnuna medika jekk meħtieġ.
Women on Web u Women Help Women huma organizzazzjonijiet li jibagħtu pilloli tal-abort lin-nisa f'Malta. Huma jitolbu donazzjoni ta’ bejn €75 u €120, imma jekk ma tistax tħallas id-donazzjoni ibgħatilhom email u xorta hemm ċans li jgħinuk. Żomm f’moħħok li l-pilloli tal-abort jintbagħtu minn barra u jieħdu madwar ġimagħtejn biex jaslu.
Tista' wkoll tivvjaġġa lejn klinika tal-abort għal abort kirurġiku, li ġeneralment ikun proċedura ta' malajr u sempliċi f'dan l-istadju tat-tqala. Ħafna mill-pajjiżi Ewropej jippermettu aborti għal kull raġuni fl-ewwel trimestru tat-tqala.
BPAS u MSI huma żewġ kliniki ewlenin tal-abort fir-Renju Unit li jaċċettaw nisa minn barra, inkluż minn Malta. Jekk taffordja kura privata tista' tikkuntattjahom direttament. Jekk għandek bżonn appoġġ jew għajnuna finanzjarja biex tivvjaġġa għal abort barra minn Malta, tista’ tikkuntattja l-għaqda Abortion Support Network għall-għajnuna fuq 27780991 jew 20341685.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.