Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, aborti riskjużi huma dawk li ma jsirux b'metodu rakkomandat li huwa xieraq għall-istadju tat-tqala, jew li jsiru minn persuni mhux imħarrġa jew f’ambjenti mhux sikuri. Aborti riskjużi huma kklassifikati f'"inqas sikuri" u "perikolużi."
Aborti inqas siguri huma dawk li jsiru bl-użu ta’ metodi antiki, bħal curettage li taqta, jew isiru b’pilloli mingħajr aċċess għall-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa f’każ ta’ kumplikazzjonijiet.
L-aborti perikolużi huma dawk li jsiru bl-użu ta’ metodi perikolużi u dawn iġorru rata għolja ta’ kumplikazzjonijiet u mortalità. Dawn jinkludu t-teħid ta' sustanzi velenużi jew rimedji "tradizzjonali," l-inserzjoni ta' sustanzi korrużivi fil-vaġina, jew l-inserzjoni ta'oġġetti - bħal fiddiferru minn spalliera - fl-utru. Huwa għalhekk li l-ispalliera tal-fiddiferru saret simbolu ta' aborti mhux sikuri.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.