Tista' tagħmel abort kirurġiku f'pajjiż li jippermetti l-abort fit-tieni trimestru tat-tqala.
Il-pajjiżi Ewropej għandhom limiti differenti sa meta l-abort huwa permess mingħajr ma jkun hemm raġuni medika. Ir-Renju Unit u l-Olanda huma pajjiżi b'liġijiet dwar l-abort relattivament progressivi li jippermettu l-abort fit-tieni trimestru.
BPAS u MSI huma żewġ fornituri ewlenin tal-abort fir-Renju Unit li jaċċettaw nisa minn pajjiżi oħra, inkluż minn Malta. Jekk taffordja kura privata, tista' tikkuntattjahom direttament u tagħmel appuntament. Abort li jsir wara 14-il ġimgħa tqala għandu tendenza jkun iktar għali minn abort li jsir qabel 14-il ġimgħa.
Jekk għandek bżonn appoġġ jew għajnuna finanzjarja biex tippjana l-vjaġġ tiegħek barra minn Malta, tista’ tikkuntattja l-għaqda Abortion Support Network għall-għajnuna fuq 27780991 jew 20341685.
Sfortunatament, l-użu ta' pilloli tal-abort d-dar mhuwiex rakkomandat fit-tieni trimestru minħabba r-riskju ta' komplikazzjonijiet. Madanakollu, jekk xorta waħda tippjana tuża pilloli tal-abort, qis li jkollok lil xi ħadd li tafda miegħek u tkun preparata biex tmur l-isptar jekk ikollok bżonn.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.