Il-metodi tal-abort huma ġeneralment ikklassifikati fi tnejn: abort kirurġiku li jinvolvi t-tneħħija fiżika tat-tqala mill-utru, u abort mediku li jiddependi fuq mediċini biex itemmu t-tqala u mbagħad il-ġisem ineħħi t-tqala mill-utru.
L-aborti kirurġiċi jsiru fi kliniċi u sptarijiet barra minn Malta. Huma proċeduri relattivament sempliċi u u ġeneralment isiru fi ftit siegħat, jiġifieri ma jkollokx għalfejn toqgħod għal lejl jekk kollox imur tajjeb. Fl-ewwel 14-il ġimgħa tat-tqala, tiġi introdotta kannula b'vacuum mill-għonq tal-utru u t-tqala tiġi estratta - din il-proċedura tissejjaħ aspirazzjoni. 'Il fuq mill-14-il ġimgħa ta' tqala, abort kirurġiku jsir permezz ta' proċedura aktar estensiva msejħa dilatazzjoni u evakwazzjoni. Kif jimplika isimha, din tinvolvi dilatazzjoni tal-għonq tal-utru, u evakwazzjoni bil-mod tat-tqala mill-utru bl-użu ta' forceps u vacuum.
L-aborti mediki (bil-pilloli) li jsiru fl-ewwel 12-il ġimgħa jistgħu jiġu mwettqa mill-mara stess id-dar tagħha. Aborti mediċi aktar tard ġeneralment jeħtieġu sorveljanza fi klinika jew sptar. L-abort mediku jinvolvi l-użu ta’ mediċini – normalment Mifepristone segwit minn Misoprostol, iżda Misoprostol jista’ jintuża wkoll waħdu – li jtemmu t-tqala. Il-ġisem imbagħad ineħħi t-tqala mill-utru kif jiġri waqt korriment naturali. Id-demm jista’ jkompli ħiereġ għal ftit ġimgħat wara li tuża pilloli tal-abort.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.