Kemm jiġi jiswa abort jiddependi mill-metodu tal-abort li tagħżel, u kemm hi navvanzata t-tqala tiegħek. Abort bil-pilloli huwa ferm irħas minn abort fi klinika.
Women on Web u Women Help Women jipprovdu pilloli tal-abort li jistgħu jintużaw id-dar fl-ewwel tnax-il ġimgħa tat-tqala. Dawn normalment jitolbu donazzjoni ta’ madwar EUR 100 biex ikopru l-ispiża tal-pilloli u l-posta. Jekk ma tkunx tiflaħ tħallas dan l-ammont, agħmel kuntatt magħhom u hemm ċans li xorta jgħinuk.
Abort fil-klinika jiswa aktar. Il-prezzijiet jibdew minn EUR 800 għal abort ta’ taħt l-14-il ġimgħa tqala, li jista' jsir bi proċedura sempliċi tissejjaħ aspirazzjoni, u jiżdiedu għal aktar minn EUR 1,500 għal tqala 'l fuq minn 14-il ġimgħa li teħtieġ proċedura akbar imsejħa dilatazzjoni u evakwazzjoni. Dawn iċ-ċifri huma biss il-miżati tal-klinika u se jkun hemm spejjeż oħra li jżidu mal-ispiża totali, bħal titjiriet, akkomodazzjoni, u spejjeż tal-ħajja waqt li tkun barra minn Malta. Abortion Support Network tista’ tgħinek tħallas xi wħud minn dawn l-ispejjeż jekk ikollok bżonn.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.