Hemm modi differenti kif tagħmel abort, u hemm ħafna organizzazzjoni li jipprovdu servizzi tal-abort. L-għażliet li għandek jiddependu fuq l-istadju tat-tqala tiegħek.
Tista' tikkalkula kemm għandek ġimgħat tqala billi tgħodd mill-ewwel jum tal-aħħar period tiegħek.
L-abort bil-pilloli huwa l-aktar metodu komuni u l-pilloli tal-abort jistgħu jintużaw b'mod sigur id-dar fl-ewwel tnax-il ġimgħa tat-tqala. Peress li l-abort huwa illegali f'Malta, il-pilloli tal-abort normalment jinkisbu minn servizzi tat-telemediċina onlajn bħal Women on Web u Women Help Women. Jekk jogħġbok ftakar li l-użu ta’ pilloli tal-abort f’Malta huwa illegali.
'Il fuq mit-tnax-il ġimgħa ta' tqala, l-abort normalment isir fi klinika barra minn Malta, jew bil-pilloli taħt superviżjoni ta' tabib jew bl-użu ta' metodi kirurġiċi. Abortion Support Network tista’ tgħinek torganizza vjaġġ lejn klinika tal-abort barra l-pajjiż, tipprovdilek akkomodazzjoni, u anke tgħinek tħallas għal parti mill-ispejjeż tiegħek.
Tista’ tuża l-app interattiva fuq il-websajt tagħna biex issib liema għażliet ta’ abort huma disponibbli għalik fl-istadju tat-tqala tiegħek.
Comments
0 comments
Article is closed for comments.